Claudine Borg
Claudine Borg hija lettriċi fl-Università ta’ Malta, fejn tgħallem fil-Masters fl-Istudji tat-Traduzzjoni u t-Terminoloġija. Għandha dottorat fl-Istudji tat-Traduzzjoni mill-Università ta’ Aston, Birmingham, u l-interessi tar-riċerka tagħha jduru primarjament mal-proċess tat-traduzzjoni u t-traduzzjoni letterarja. Ippreżentat xogħolha f’għadd ta’ konferenzi internazzjonali u ppubblikat diversi artikli u kotba akkademiċi kif ukoll traduzzjonijiet letterarji. Fost l-aktar pubblikazzjonijiet riċenti tagħha nsibu l-monografija bit-titlu A Literary Translation in the Making: A Process-Oriented Perspective (2022) ippubblikata minn Routledge. Hija membru fin-netwerk ta’ riċerka TREC u sservi fil-bord eżekuttiv tal-European Society for Translation Studies (EST) fejn għandna r-rwol ta’ editur ewlieni tan-Newsletter tal-EST.
Dwar it-traduzzjoni
It-traduzzjoni għall-Malti saret mill-awtriċi stess.
Ħajr lil David Aloisio u Sergio Portelli għall-kummenti siewja tagħhom fuq il-verżjoni Maltija.
Meta ntużaw termini ġodda bil-Malti għal kunċetti magħrufin bl-Ingliż, ingħata t-terminu bl-Ingliż fil-parenteżi l-ewwel darba li deher.