Skip navigation

Fil-qosor

home page help (reference guide) search download (pdf) print broken link

 

 

citation ENG Qualitative naturalistic research SPA Investigación cualitativa naturalista 

 

 summary  sommarju

Ir-riċerka kwalitattiva hija waħda mit-tliet paradimmi metodoloġiċi ta’ riċerka; it-tnejn l-oħra huma r-riċerka kwantitattiva u r-riċerka b’metodi mħallta. It-terminu riċerka kwalitattiva jiġbor fih approċċi għal investigazzjonijiet empiriċi li jinvolvu l-ġbir, l-analiżi u l-preżentazzjoni ta’ data f’forma narrattiva. B’mod wiesa’ ħafna, ir-riċerka kwalitattiva tinvolvi prinċipalment investigazzjonijiet esploratorji u naturalistiċi f’kuntesti mill-ħajja reali biex tinġabar u tiġi analizzata data mhux numerika, sabiex nifhmu b’mod komprensiv ir-realtà soċjali tal-individwi, jiġifieri biex nesploraw fenomeni soċjali u nifhmu kif u għaliex iseħħu. Din l-entrata tiffoka speċifikament fuq riċerka kwalitattiva empirika fl-Istudji tat-Traduzzjoni (ST), jiġifieri, fuq investigazzjonijiet kwalitattivi mwettqa f’ambjenti naturalistiċi.

Fl-ST, ir-riċerka kwalitattiva tesplora l-imġiba, il-perċezzjonijiet, l-esperjenzi, il-proċessi tat-tradutturi, u l-bqija biex tifhem fil-fond kif iseħħu t-traduzzjonijiet, kif it-tradutturi jwettqu xogħolhom, il-motivazzjonijiet u l-emozzjonijiet tagħhom, kif jirrelataw mat-testi, l-għodod, il-kollegi, eċċ. Fost il-karatteristiċi ċentrali tar-riċerka kwalitattiva nsibu n-natura suġġettiva, interprettativa u induttiva tagħha, filwaqt li l-limitazzjonijiet tagħha jinkludu n-nuqqas ta’ ġeneralizzazzjoni, is-suġġettività, u l-preġudizzji u l-effett tal-osservatur/intervistatur.

 

data sheet   rekord

author Claudine Borg
publication date 2024
reference (how to cite) Borg, Claudine. 2024. "Riċerka Kwalitattiva Naturalistika" @ ENTI (Encyclopedia of Translation and Interpreting). AIETI.
DOI https://doi.org/10.5281/zenodo.11526471
URL stable https://www.aieti.eu/enti/qualitative_naturalistic_MLT

 

Creado con eXeLearning (Ventana nueva)